EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A052

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 6 - Fornituri
Artikolu 52

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_52/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/24


Artikolu 52

1.   Il-fornimenti tal-minerali, tal-materjali primi u tal-materjali speċjali fissili għandhom, skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, jkunu assigurati fuq il-prinċipju ta' l-aċċess ugwali għal riżorsi u skond strateġija ta' fornimenti komuni.

2.   Għan dan l-iskop u skond id-disposizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu:

(a)

il-prattiċi kollha immirati biex jassiguraw pożizzjoni privileġġata għal ċertu użu għandhom ikunu pprojibiti;

(b)

Għandha tkun imwaqqfa aġenzija, li jkollha d-dritt ta' għażla fuq il-minerali kollha, materji primi u materjali speċjali fissili prodotti fit-territorji ta' l-Istati Membri u li jkollha dritt esklusiv li tiffinaliżża kuntratti li għandhom x'jaqsmu mal-fornimenti ta' minerali, materi primi u materjali speċjali fissibili li jkunu ġejjin minn gewwa jew minn barra l-Komunità.

L-Aġenzija m'għandiex tagħmel diskriminazzjoni bejn l-utenti li tkun ibbażata fuq l-użu li dawn ikollhom l-intenzjoni li jgħamlu mill-fornimenti mitluba sakemm użu bħal dan ma jkunx illegali jew jinstab li jkun kontra l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-fornituri barra mill-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsenja partikolari kkonċernata.


Top